jump over navigation bar
Embassy SealUS Department of State
Embassy of the United States Malta - Home flag graphic
Embassy News
 
  Ambassador Bio Writings, Speeches & Interviews Latest Embassy News and Events About the Embassy

Ambaxxata Gdida f'Ta' Qali

Nixtieq inwiegeb ghall-artiklu tas-Sur Flores li deher fis-sitta ta' Awissu u b'hekk naghti lill-qarrejja ta' It-Torca aggornament fuq il-kostruzzjoni tal-Ambaxxata Amerikana gdida f'Malta.

Nibdew l-ewwel bl-ahhar zviluppi.  Dan l-ahhar, il-Parlament Malti approva il-bejgh ta' art f'Ta' Qali (is-sala tal-ghadd tal-voti l-antika) lill-Gvern tal-Istati Uniti.  Fil-gimghat li gejjin, il-kuntratturi Maltin se jnaddfu l-art u jibnu cint madwar il-propjeta'.  Naturalment, l-MEPA trid tapprova il-pjanijiet qabel ma tibda il-kostruzzjoni.  Bhalissa, qeghdin nahdmu  ma' perit Malti and avukat Malti fuq l-applikazzjoni lill-Mepa u lill-awtoritajiet ohra.  Nikkalkulaw li l-progett jintemm daqs tmintax il-xahar wara li jibda l-bini.

It-tieni, jidhrilna li hemm hafna idejat zbaljati fuq il-progett tal-Ambaxxata l-gdida, idejat zbaljati li ahna diga' ndirizzajna f'din il-gazzetta u b'mezzi ohra.  Biex nkunu cari, m'hu se jkun hemm ebda pjattaforma tal-helikopter, ebda runway, ebda habs sigriet jew bazi militari.  L-Ambaxxata Amerikana se tkompli l-istess hidma diplomatika taghha fil-bini gdid f'Ta'Qali kif qeghda taghmel issa fil-bini attwali fil-Furjana.  Rigward id-daqs tal-propjeta, l-Ambaxxata se jkollha l-istess ammont ta' spazju ghall-ufficcji kif ghandha issa fil-Furjana.  Il-bini l-gdid se jhallina nigbru f'post wiehed, il-mahzen, il-garaxx u r-residenza ta' sitt Morini li jipprovdu sigurta' interna fl-Ambaxxata.  Bhalissa, dan il-bini li semmejt jinsab f'diversi lokalitajiet differenti madwar Malta.  Fis-sit il-gdid se nkunu nistghu nipprovdu pparkjar ghall-impjegati taghna u ghall-mistidnin li jigu l-Ambaxxata, u l-bini se ikun certu distanza mit-triq.  Is-sit tal-Ambaxxata gdida mhux se tfixkel l-access ghall-Park Nazzjonali jew facilitajiet rekrejattivi ohra f'Ta' Qali.  Fil-fatt, qeghdin nahdmu mal-gvern fuq il-pjanijiet ta' tizbih fl-inhawi biex niggarantixxu li l-progett taghna ikun jaqbel mal-progett ta' tizbih tal-Gvern.  Il-bini il-gdid se jkun sabih u jirrispetta l-ezigenzi ambjentali.

L-Ambaxxata Amerikana diga wiegbet ghal hafna mistoqsijiet mill-pubbliku fuq dan il-progett ta' bini gdid u se tkompli taghmel dan.  L-Ambaxxata se tipprovdi ta' spiss informazzjoni fuq il-progress tal-progett fuq is-sit ta' l-internet taghha:  http://malta.usembassy.gov.  Kull min ghandu xi mistoqsija fuq dan il-progett jew fuq  xi suggett iehor li ghandu x'jaqsam mal-Ambaxxata Amerikana jista' jikteb e-mail fuq usembmalta@state.gov

Jeffrey Anderson
Attache ghall-Affarijiet Tal-Media u Kulturali

back to top ^

Page Tools:

Printer_icon.gif Print this article



 

    This site is managed by the U.S. Department of State.
    External links to other Internet sites should not be construed as an endorsement of the views or privacy policies contained therein.


Embassy of the United States